Għeżież Ġenituri
It-tfal tar-4, l-5 u s-6 sena għandhom l-eżamijiet annwali skont it-timetable li tidher hawn wara. L-istudenti tal-1, it-2 u t-3 sena ikollhom lezzjonijiet bħas-soltu. L-iskola għall-Kinder, Year 1, 2 u 3 tispiċċa l-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju 2014.
Għall-eżami jistgħu jiġu bil-PE Kit. Mhux permess li jinġiebu mobile phones, MP3 players, eċċ waqt l-eżamijiet.
Infakkrukom li kull ġurnata l-istudenti għandhom iġibu magħhom il-kotba tas-suġġett tal-eżami, għax ma jkollhomx bżonnhom iżjed.
Inselli għalikom u nawgura lil kulħadd sajf ta’ mistrieħ. Dan iż-żmien għandu jintuża għal aktar qari u xi ftit reviżjoni.
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola
