Elaine kienet tfajla tobgħod lilha nnifisha. Dan minħabba li kienet tfajla nieqsa mid-dawl. Kienet tobgħod lil kulħadd ħlief lill-għarus tagħha li tant kien iħobbha u li kien dejjem hemm għaliha. Elaine qalet lill-għarus tagħha illi kieku setgħet tara d-dinja, kienet tiżżewġu.
Darba waħda, xi ħadd ta par għajnejn lil Elaine. Meta tneħħewlha l-faxex, Elaine setgħet tara kollox, inkluż lill-għarus tagħha. L-għarus tagħha minnufih staqsiha: ‘Issa li tista’ tara, ħa tiżżewwiġni?’
Elaine ħarset lejn l-għarus tagħha u rat li hu kien nieqes mid-dawl. Ix-xena tal-kpiepel t’għajnejh magħluqin ixxukkjatha. Qatt ma kienet qiegħda tistenna ħaġa bħal din. Il-ħsieb li tibqa’ tara dawk l-għajnejn magħluqin għall-kumplament ta’ ħajjitha ġegħelha tirrifjuta li tiżżewġu.
Imbikkem u mbikki, l-għarus tagħha telaq. Ftit ġranet wara kitbilha nota u qalilha: ‘Ħu ħsieb għajnejk sew għażiża tiegħi, għax qabel ma kienu tiegħek, dawk l-għajnejn kienu tiegħi.’
Hekk jaħdem il-moħħ tal-bniedem meta l-folja tinqaleb. Ftit nies jiftakru kif kienet il-ħajja qabel ma ċ-ċirkustanzi nbidlu u min waqaf magħhom fl-aktar mumenti diffiċli.
Il-ħajja hi rigal…
- Illum, qabel ma tgħid xi kelma iebsa lil xi ħadd, ftakar f’xi ħadd li ma jistax jitkellem.
- Qabel ma tgerger fuq kif hi t-togħma tal-ikel, aħseb f’xi ħadd li m’għandux ikel.
- U meta ħsibijiet koroh isewdulek qalbek, agħmel sforz fuqek innifsek, tbissem u ftakar li l-ħajja hija rigal…kultant iebes, imma dejjem prezzjuż!
Tislijiet,
Doreen Aquilina
Marie-Claire Sammut
(Għalliema tal-PSD)