Nixtiequ infakkrukom fil-laqgħa ta’ għada dwar it-tagħlim tal-Phonics għall-ġenituri li għandhom it-tfal fl-ewwel sena tal-Primarja. Il-laqgħa tibda fid-9.00am u ddum madwar siegħa. Din il-laqgħa ser issir mill-għalliema tat-tfal tagħkom fil-klassi tagħhom stess. Huwa importanti li żżommu mas-suġġett tal-laqgħa minħabba li l-ħin hu limitat.
Dħul minn Triq Hal Niklusi.
Il-kors tal-Parenting Skills li kellu jibda nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar, ser jibda nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-6pm.