Festa San Nikola 2013

Il-festa tax-xitwa ġiet organizzata mill-Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi nhar is-6 ta’ Diċembru 2013.  Kienet suċċess peress li t-tfal kollha tal-iskola ħadu sehem flimkien mal-organizzazzjonijiet prinċipali tar-raħal.   Il-Kunsill Lokali għen fl-organizzazzjoni tat-toroq sabiex ma jkunx hemm problema tat-traffiku.  Il-Banda San Nikola ħadet sehem attiv billi daqqet marċi brijjużi matul il-purċissjoni kollha.  Il-grupp tal-iScouts tas-Siġġiewi akkumpanjaw il-vara artistika ta’ San Nikola, merfugħa minn studenti tas-Sitt Sena.  L-arċipriet qaddes quddiesa fil-knisja parrokkjali wara l-purċissjoni.  Il-knisja ma wesgħetx lil kulħadd.  Minbarra l-istudenti tal-Primarja tas-Siġġiewi attendew ukoll dawk tal-Form 1 tal-iskola San Anton tal-Imselliet u l-iskola St Francis tas-Siġġiewi. Ħajr tmur ukoll lis-sezzjoni tal-armar li taw aktar kulur lill-festa u lill-istaff kollu tal-iskola għall-koperazzjoni.

Waqt din il-festa saret ġabra b’risq il-Caritas fit-toroq kif ukoll fil-knisja.  Fl-aħħar tal-quddiesa, din il-ġabra żdiedet mal-ġabra tal-Jeans Day u ngħatat is-somma ta’ €903 lis-Sur Alex Attard, rappreżentant ta’ Caritas Malta.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *