Nhar it-Tlieta 19 ta’ Novembru 2013 fid-8.45am ser issir laqgħa interessanti ħafna għall-ġenituri kollha fejn is-Sur Alex Attard mill-Caritas ser jiddiskuti t-trobbija tal-ulied. Biex jgħinuh dakinhar ser ikollu miegħu żewġ klijenti minn San Blas, li huwa ċentru tal-Caritas għal dawk li jkollhom il-problema tad-droga. Huma ser jirrakkontaw l-istorja personali tagħhom sabiex jenfasizzaw l-importanza ta’ trobbija tajba sa minn eta’ ċkejkna. Il-laqgħa ser issir fis-sala tal-iskola. Nisperaw li narawkom.
P Decelis – Kap tal-iskola