Data: 30 ta’ Ottubru 2013
Bħala ħarġa għall-ewwel term ser immorru sal-Limestone Heritage. Ser niltaqgħu ħdejn l-iskola (in-naħa tas segretarja fi Triq Dr N Zammit) u nagħmlu passiġġata flimkien sal-Limestone Heritage fejn ser ikollna quddiesa u dawra mal-post li hu verament interessanti.
Wara jkollna coffee morning. Għal min jixtieq ser ikollna wkoll il-logħob tat-tombla.
Prezz: €10 jinkludi entratura tal-Limestone Heritage, te/kafé, pastizzi, sandwich u apple pie.
Kull biljett jieħu sehem ukoll f’lotterija. Tingħataw tifkira tal-okkażjoni.
Il-biljetti jinxtraw mingħand Diana 79978257, Annabelle 99866019, Christine 99404324
mhux aktar tard mis-26 ta’ Ottubru 2013.
Facebook link https://www.facebook.com/groups/skolaprimarjasiggiewi.parentscircle/
Il-Ġenituri tal-Kunsill Skolastiku