Jiena Nathan Borg u għandi sitt snin. Jien il-PRO tat-tim tal-Eko-Skola, fl-iskola primarja tas-Siġġiewi. Dan it-tim magħmul minn tnax-il tifel u tifla. Aħna ġejna magħżula minn sħabna tal-klassi. Niltaqgħu darba fil-gimgħa biex niddiskutu kif nistgħu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna u norganiżżaw xi attivitajiet.
Din is-sena qegħdin naħdmu l-aktar fuq it-tema tal-volontarjat. Organiżżajna attivitajiet varji li għandhom x’jaqsmu ma’ din it-tema. Stedinna grupp ta’ refuġjati biex nitgħallmu dwar pajjiżhom u t-tradizzjonijiet tagħhom. Fi żmien il-Milied, għamilna festin għall-anzjani tar-raħal. Organiżżajna flimkien mal-‘Abandoned Animals Association’ numru ta’ mixjiet fejn ħriġna l-klieb ta’ din l-għaqda u ġbarnielhom il-flus.
L-aħħar attivita’ li organiżżajna kienet ‘Fun Walk’ mill-iskola tagħna għad-Dar tal-Providenza. F’din il-mixja ħadu sehem ġenituri, tfal tal-iskola, għalliema u anki qraba. Kienet attivita’ li tinvolvi ħafna xogħol iżda ħadna pjaċir ħafna waqt il-mixja. Barra minnhekk, irnexxielna niġbru elf ewro għad-Dar tal-Providenza. Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehemu biex din il-mixja tkun suċċess. Aħna t-tfal ħadna ħafna esperjenzi ġodda bħal kif tgħin lil min hu fil-bżonn, kellna esperjenza ta’ riklamar fuq ir-radju u esperjenzi oħra li qabel qatt ma konna għamilniehom.
Nathan Borg (PRO)
Student tat-Tieni Sena.