Infakkarkom li minn nhar it-Tnejn, 3 ta’ Ġunju 2013 l-iskola tibda fit-8.15am u tispiċċa f’nofsinhar. Jekk jogħġobkom wasslu lit-tfal tal-Primarja fit-8.10am ħdejn il-Foyer tas-sala fi Triq l-Iskola u mhux minn xi bieb ieħor. Tal-Kindergarten joħorġu kwarta qabel.
Dalwaqt nibgħatulkom dettalji dwar l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Nisperaw li kulħadd jagħmel l-aħħar sforz. Illum, fuq siggiewiprimary.wordpress.com għadu kemm ittella’ l-kalendarju ta’ Ġunju.
Nerġa’ nirringrazzjakom tal-koperazzjoni kontinwa u s-suġġerimenti tul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa. Fis-sajf inħeġġiġkom tkomplu tiċċekkjaw il-websajt tal-iskola għal xi avviżi li jista’ jkun hemm. Matul is-sajf għandu jiżdied il-qari. Min mhux membru fil-librerija pubblika għandu jmur jirreġistra.
Grazzi tal-kooperazzjoni
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola