Għeżież Ġenituri
Matul liż-żmien tagħhom fil-Kulleġġ hemm żewġ okkażjonijiet importanti ħafna meta t-tfal jaslu biex jgħaddu minn livell għal ieħor tal-edukazzjoni tagħhom. Dawn huma:
- l-ewwel, meta jispiċċaw il-Kinder 2 u jkunu ser jibdew l-edukazzjoni Primarja tagħhom fil-Year 1
- it-tieni meta jispiċċaw il-Year 6 tal-Primarja u jkunu ser jibdew l-edukazzjoni Sekondarja tagħhom fil-Form 1.
Għal dawn l-aħħar tliet snin il-Kulleġġ San Injazju iċċelebra dawn iż-żewġ okkażjonijiet li fihom jingħataw Ċertifikati lit-tfal tal-Kinder 2 u tal-Year 6 tal-Iskejjel Primarji kollha tagħna, jiġifieri:
- l-Iskola Primarja ta’ Ħal Luqa
- l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Bastjan
- l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Ġorġ
- l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi
- l-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ
Dawn iż-żewġ ċerimonji qed insejħulhom MOVING ON CELEBRATIONS –ċelebrazzjonijiet tal-mixja ’l quddiem fl-edukazzjoni.
Iċ-ċerimonja għat-tfal li waslu biex jispiċċaw il-Year 6 ser issir:
nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju 2013, mill-9. 45 sal-11. 30 ta’ filgħodu fl-Awditorju tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi.
Intom il-ġenituri jew kustodji tat-tfal tal-Year 6 mistiedna tattendu għal din iċ-ċerimonja. It-tfal jieħdu ferm gost jarawkom hemm.
Nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni u l-interess tagħkom fl-iskola.
Mr P Decelis
Kap tal-Iskola