Moving on Celebration – Kinder 2

Għeżież Ġenituri

Matul iż-żmien tagħhom fil-Kulleġġ hemm żewġ okkażjonijiet importanti ħafna meta     t-tfal jaslu biex jgħaddu minn livell għal ieħor tal-edukazzjoni tagħhom.  Dawn huma:

  • l-ewwel, meta jispiċċaw il-Kinder 2 u jkunu ser jibdew l-edukazzjoni Primarja tagħhom fil-Year 1
  • it-tieni meta jispiċċaw il-Year 6 tal-Primarja u jkunu ser jibdew l-edukazzjoni Sekondarja tagħhom fil-Form 1.

Għal dawn l-aħħar tliet snin il-Kulleġġ San Injazju iċċelebra dawn iż-żewġ okkażjonijiet li fihom jingħataw Ċertifikati lit-tfal tal-Kinder 2 u tal-Year 6 tal-Iskejjel Primarji kollha tagħna, jiġifieri:

  • l-Iskola Primarja ta’ Ħal Luqa
  • l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Bastjan
  • l-Iskola Primarja ta’ Ħal Qormi San Ġorġ
  • l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi
  • l-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ

 Dawn iż-żewġ ċerimonji qed insejħulhom MOVING ON CELEBRATIONS –ċelebrazzjonijiet tal-mixja ’l quddiem fl-edukazzjoni.

 Iċ-ċerimonja għat-tfal li waslu biex jispiċċaw il-Kinder 2 din is-sena ser issir:

nhar il-Ħamis 2 ta’ Mejju 2013, mill-9. 45 sal-11. 30 ta’ filgħodu fl-Awditorju  tal-Iskola Primarja tas-Siġġiewi.

Intom il-ġenituri jew kustodji tat-tfal tal-Kinder 2 mistiedna tattendu għal din iċ-ċerimonja.  It-tfal jieħdu ferm gost jarawkom hemm.

 Nirringrazzjakom tal-kooperazzjoni u l-interess tagħkom fl-iskola.

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *