Laqgħa għall-ġenituri tal-Year 4,5 u 6

Għeżież ġenituri/carers,

It-tfal tagħkom qegħdin jikbru fiżikament, emozzjonalment u psikoloġikament għalhekk huwa importanti li intom bħala ġenituri jew carers issibu l-ħin biex titkellmu u tiddiskutu mat-tfal fuq l-aspett differenti ta’ l-iżvilupp sa minn eta’ żgħira.

Din l-edukazzjoni informali d-dar tiġi kkumplimentatha b’mod formali fis-suġġett tal-PSD (Personal and Social development) fl-iskejjel kollha statali mill-etajiet bikrin u tkompli fis-sekondarja. It-tfal illum huma esposti għal ħafna informazzjoni mill-media u anke minn sħabhom, informazzjoni li mhux dejjem tkun korretta, għalhekk fit-tfal iqumu ħafna dubji, mistoqsijiet u kurżitajiet.       L-iskola għalhekk huwa l-post ideali fejn it-tfal jitgħallmu f’ambjent sikur għaliex il-ġisem tagħhom qed jinbidel u kif din il-bidla taffetwahom emozzjonalment  u psikoloġikament.

Għal dan il-għan, l-għalliema tal-PSD (Personal and Social Development)         fil–Kulleġġ San Injazju qed jorganizzaw laqgħat għall-ġenituri jew carers kollha    biex huma jkunu infurmati aħjar fuq it-temi li jiġu ttratati u kif huma jistgħu jitkellmu mingħajr mistħija mat-tfal tagħhom fuq aspetti differenti tal-iżvilupp.

Il-laqgħa għall-ġenituri tal-Year 4,5,6 li jattendu l-iskola Primarja tas-Siġġiewi, ser issir nhar l-Erbgħa 24 ta’ April fis-6pm fis-Sala tal-Iskola fi Triq l-Iskola.

 Inħeġġu lil kulħadd jattendi.

 Dejjem tagħkom

Josette Attard

Elisa Delia

Doreen Aquilina

Claire Privitera

(L-għalliema tal-PSD)

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *