Għeżież Ġenituri,
It-Taqsima tas-Saħħa u s-Sigurtà (H&S) fid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi qed toffrilek l-opportunità li tattendi programm ta’ nofstanhar dwar is-saħħa u s-sigurtà, li jinkludi l-ewwel għajnuna (pereżempju x’għandek tagħmel f’każ li xi ħadd ikun qed jifga), is-sigurtà fuq l-internet (bħal, ngħidu aħna, il-kontroll tal-ġenituri), is-sigurtà tal-passiġġieri (li tinkludi l-użu tajjeb tal-car seats) u tagħrif dwar it-tifi tan-nar (li jinkludi tagħrif fuq kif tuża ċ-ċilindri u l-kutri tat-tifi tan-nar). Matul dan il-Programm se jkun hemm rappreżentanti mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, mis-SEDQA, mill-WasteServ Ltd, minn Transport Malta u miċ-Ċentru tas-Seminars tax-Xjenza Domestika (Home Economics).
Post: Iċ-Ċentru tas-Saħħa u s-Sigurtà fl-Iskola Primarja l-Antika tal-Kulleġġ Santa Klara, Pembroke
Dati: 9, 10, 11 t’April 2013
Ħin: 9:15 a.m. sas-13:00 p.m.
Il-parteċipanti se jingħataw il-kafè, frott u yoghurt.
L-attendenza hija bla ħlas u kulħadd huwa mistieden li jattendi. Importanti li tibbukkja minn qabel.
Tista’ tagħżel li tattendi wkoll għall-kors li jwassal għaċ-Ċertifikat tal-Ewwel Għajnuna, li qed jiġi organizzat fuq tlett ijiem, b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar.
Dati: 5, 8 u 9 t’April 2013
Ħin: 9:00 a.m. sas-13:00 p.m.
Ħlas: Il-ħlas b’rata speċjali hu ta’ €17.50 [jekk qed tħallas b’ċekk, agħmlu pagabbli lil ‘Is-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar’.
Min jattendi għall-kors kollu taċ-Ċertifikat tal-Ewwel Għajnuna ma jkunx jista’ jattendi l-attività tal-EXPO. Jekk tixtieq tattendi wkoll għall-attività tal-EXPO tista’ żżur iċ-Ċentru tas-Saħħa u s-Sigurtà fl-10 jew fil-11 t’April.
Il-post għaż-żewġ attivitajiet: iċ-Ċentru tas-Saħħa u s-Sigurtà (fl-Iskola Primarja l-Antika ta’ Pembroke, ara d-direzzjonijiet fuq wara).
Biex tirriserva post u għal tagħrif ieħor ikkuntattja lis-Sa Marvic Livori, mit-Tnejn sal-Ħamis, bejn it-8.30 a.m. u s-1.30 p.m fuq 2598 2254/2124 8600 jew fl-indirizz elettroniku: hs.mede@gov.mt
