Bħalissa, wieħed mill-istudenti tagħna tat-tielet sena jinsab għall-kura barra minn Malta. Ħafna minnkom tafu minn x’hiex għaddej Samuel. Wara s-sejħa li għamilnielkom ftit ġranet ilu sabiex nagħtu l-għajnuna lilu u lill-mama’ tiegħu f’dan iż-żmien diffiċli, irċevejna rispons qawwi mmens. Konna qed nimmaġinaw li ngħaqqdu somma ta’ xi tliet / erba’ mitt ewro, imma finalment, fi żmien jumejn / tlieta, din baqgħet tiela sa għaxar darbiet aktar.
Ikkuntattjajna lill-mama’ ta’ Sam li ġiet l-iskola lejliet li telgħu l-iSvizzera.
Kienet sorpriża kbira għaliha u immedjatament xtaqet tirringrazzja lil kull min ta l-għajnuna tiegħu, kemm jekk b’ammont ta’ ftit ċenteżmi jew mijiet ta’ ewro.
Prosit lil kulħadd tal-offerta ġeneruża għal kawża tant ġusta. Din hi wkoll parti mill-edukazzjoni ħolistika li qed nagħtu lill-istudenti tagħna…edukazzjoni ta’ solidarjeta’ ma’ min għandu bżonn.
Grazzi u prosit lil kulħadd
P Decelis
Kap tal-iskola