Illum l-istudenti ta’ Ms Antonia u Ms Pauline tal-Kinder 2 kellhom attività interessanti ħafna li l-għan tagħha kien li l-istudenti tagħna jibdew iħobbu l-qari sa minn età żgħira. Din l-attività kienet diġa saret għaż-żewġ klassijiet l-oħra tal-Kinder 2 u għaliha kienu mistiedna l-ġenituri li ħadu sehem attiv mat-tfal. L-ewwel it-tfal kantaw mal-kanzunetta Old McDonald u wara ġiet moqrija storja fuq l-istess tema jiġifieri annimali tar-razzett. Wara, l-istudenti tagħna ġew murija ideat differenti kif jistgħu jagħtu kulur lil stampa ta’ baqra li huma pinġew bl-għajnuna tal-ġenituri. Fl-aħħar it-tfal tkellmu dwar l-annimali u l-attività għalqet b’żifna.