Story-telling mat-tfal tal-Kinder 2

Nhar l-Erbgħa, 13 ta’ Frar, l-istudenti ta’ Ms Maria u Ms Jessica fil-Kinder 2 kellhom attività interessanti ħafna li l-għan tagħha kien li l-istudenti tagħna jibdew iħobbu l-qari sa minn età żgħira. Għal din l-attività kienu mistiedna l-ġenituri li ħadu sehem attiv mat-tfal. L-ewwel it-tfal kantaw mal-kanzunetta Old McDonald u wara ġiet moqrija storja fuq l-istess tema jiġifieri annimali tar-razzett. Wara l-istudenti tagħna ġew murija ideat differenti kif jistgħu jagħtu kulur lil stampa ta’ baqra li bl-għajnuna tal-ġenituri pinġew. Fl-aħħar it-tfal tkellmu dwar l-annimali u l-attività għalqet b’żifna.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *