It-tiratur Nathan Lee Xuereb iltaqa’ mat-tfal kollha tal-ħames u s-sitt sena nhar it-Tlieta 15 ta’ Jannar. L-isportiv tkellem mat-tfal dwar l-isparar, l-imħabba tiegħu lejn l-isports u spjega wkoll fid-dettall x’jiġri waqt l-isparar. It-tfal raw l-iskrataċ li jintużaw waqt dan l-isport u wkoll filmat dwar is-suċċess ta’ Nathan Lee barra minn xtutna waqt li ħa sehem f’kompetizzjoni fl-Amerika.
Nathan Lee wieġeb il-mistoqsijiet tat-tfal fosthom kemm hu involut taħriġ għal dan l-isport, kemm ilu jippratikah, u saħansitra jekk hux sport tajjeb għat-tfal bniet!
Preżenti għal laqgħa kien hemm Charles Gauci mill-SPU li spjega lill-istudenti dwar l-iskola tal-isport fejn l-istudenti jkunu mħarrġa f’diversi dixxiplini sportivi.