1. Wasalna fl-aħħar ġimgħa tas-sena 2012! Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom matul is-sena. Flimkien irnexxielna mmexxu ‘l quddiem it-tagħlim tat-tfal tagħna. Ser nibgħatulkom in-Newsletter tal-Milied. Nisperaw li togħġobkom. Hija mimlija informazzjoni u xogħol tal-istudenti. Duruha u ħudu nota tal-attivitajiet mill-Kalendarju li jinsab fiha.
2. Nhar il-Ħamis 20 ta’ Diċembru 2012 ser jittella’ l-Kunċert tal-Milied fl-iskola. Il-ġenituri tat-tfal kollha huma mistiedna. Il-concert jibda fid-9.15am. Il-bieb jinfetaħ fid-9am. Ovvjament it-tfal jixtiequ li jkollhom udjenza! Għalhekk hija ħasra jekk il-ġenituri jitilqu wara li jaraw lit-tifel/tifla tagħhom. Huwa ppjanat li l-attivita’ iddum xi sagħtejn. Ser ikollna fotografu biex jieħu ritratti professjonali u anke vidjo.
3. Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Diċembru hi l-aħħar ġurnata u jsiru l-parties. Dawn jispiċċaw f’nofsinhar.
4. Qed nibgħatulkom ukoll informazzjoni dwar l-elezzjoni tal-Kunsill Skolastiku 2013 – 2014. F’nofs Jannar ninfurmawkom jekk kienx hemm aktar minn 3 nominazzjonijiet mill-ġenituri. Jekk iva ssir elezzjoni fit-18 ta’ Jannar 2013. F’dak il-każ inħeġġukom tiġu l-iskola tivvutaw.
5. Qed nibgħatulkom ukoll informazzjoni dwar kors tal-First Aid li ser norganizzaw apposta għalikom f’Jannar 2013. Importanti li tapplikaw immedjatament.
6. Ser issir żifna tal-ġenituri għall-karnival. Min jixtieq jieħu sehem għandu jattendi għar-rehearsals li jibdew nhar it-Tlieta 8 ta’ Jannar 2013 fis-7.30am.
Nixtiqulkom Milied hieni u j’Alla l-2013 iġġib magħha ferħ u saħħa għall-familja tagħkom.
P Decelis
Kap tal-iskola