Infakkrukom li l-KUNSILL TAL-ISTUDENTI ser jorganizza JEANS DAY għall-istudenti u l-għalliema kollha nhar il-Hamis 29 ta’ Novembru 2012.
Għal dakinhar BISS l-istudenti huma mistiedna jigu lebsin jeans (minflok il-qalziet jew pinafore tal-uniformi), sport shoes u l-flokk tal-PE kit mal-gakketta tal-PE tracksuit.
Kulħadd huwa mitlub jagħti donazzjoni ta’ €1. Il-flus ser jingabru dakinhar stess mill-membri tal-kunsill tal-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema. Il-flus kollha se jingħataw lill-CARITAS li tant tagħmel ġid lil dawk fil-bżonn f’Malta.
Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.
P Decelis
Kap tal-iskola
