Għeżież ġenituri
- Minn nhar it-Tnejn 19 ta’ Novembru naqilbu uffiċjalment għall-uniformi tax-xitwa.
- Ħinijiet tal-Book Fair fis-sala tal-iskola:
l-Erbgħa 21ta’ Novembru 8.30am – 12pm (dakinhar l-iskola tispiċċa f’nofsinhar) u 5.30pm – 7.30pm (waqt il-Parents’ Evening).
Il-Ħamis 22 ta’ Novembru 8.30am – 2.30pm. Il-Ġimgħa 23ta’ Novembru 8.30am – 12.30pm.
- Il-Parents’ Evening għall-ġenituri kollha tal-iskola ser issir nhar l-Erbgħa 21ta’ Novembru 2012 bejn il-5.30 u s-7.30pm skont l-appuntament li ngħatalkom mill-għalliem/a. Jekk kulħadd iżomm il-ħin u ma jdumx aktar minn ħames minuti, ma jkunx hemm dewmien żejjed. Inħeġġukom iżżuru l-Book Fair qabel jew wara l-appuntament.
- Jeans Day: Fid-29 ta’ Novembru 2012 it-tfal kollha huma mħeġġa jiġu l-iskola bil-jeans. Dakinhar ser issir ġabra (€1) u l-flus ser imorru għall-Caritas Malta. L-istudenti għandhom iġibu lunch/es bħas-soltu. Il-kunsill tal-istudenti xtaq jagħmel ukoll hot-dog day imma dan mhux ser isir sabiex ma nippromwovux ikel proċessat (zalzett).
- Il-Kinder TeddyBear Hospital issa ġie pospost għat-23 ta’ Novembru minħabba ċirkostanzi li ma kellniex kontroll fuqhom. Dakinhar, it-tfal tal-Kinder għandhom iġibu magħhom pupa jew soft toy. L-iskop hu li huma ma jibżgħux mit-tabib.
- Fit-3 ta’ Diċembru għandhom jintbagħtu Presepji għall-Wirja li ser issir fl-iskola. Jingħata ċertifikat lil kull min jieħu sehem.
- Fis-6ta’ Diċembru kulħadd hu mistieden għall-Purcissjoni li titlaq mill-iskola fid-9am u l-Quddiesa fil-knisja (10am) fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Nikola.
- Il-Kunċert tal-Milied fl-iskola huwa ppjanat għall-Ħamis 20 ta’ Diċembru, wara d-9am. Aktar dettalji dwar l-attivitajiet tal-Milied issibuhom fil-kalendarju ta’ Diċembru li jintbagħat fl-aħħar ta’ Novembru.
P Decelis – Kap tal-iskola