Grupp ta’ sittin persuna tela’ Sqallija mal-iskola primarja tas-Siġġiewi. L-ewwel waqfa kienet il-vulkan Etna. Wara saret waqfa agrituristika fejn doqna l-ikel bnin Sqalli. Il-mawra ntemmet b’ħin għax-xiri. Huwa ta’ pjaċir li l-istaff, l-istudenti u l-komunità jingħaqdu mal-iskola f’dawn l-attivitajiet.