Din is-sena l-Fun Run tal-President se ssir fit-2 ta’ Diċembru. Bħas-sena l-oħra, l-iskola ser tieħu sehem f’din il-mixja. Permezz ta’ dan, l-iskola trawwem fl-istudenti sens ta’ solidarjetà u nħeġġuhom jieħdu sehem attiv f’okkażżjonijiet nazzjonali. Inħeġġukom biex flimkien mal-familji tagħkom tieħdu sehem magħna f’din il-mixja. Din tieħu minn Santa Venera sal-Belt Valletta.
Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jimla l-applikazzjoni li ssibu għand is-segretarja tal-iskola u fiha tindikaw il-qies tal-flokk li jingħata lill-parteċipanti u jekk hux ser tużaw trasport mill-iskola u lura. Il-ħlas ta’ €10 kull persuna isir ukoll l-iskola.