Għeżież Ġenituri
Għal darb’oħra, l-iskola ser terġa’ torganizza l-borża ta’ San Martin. Din tant kienet ta’ suċċess is-sena li għaddiet, li ħafna ġenituri talbuna biex nerġgħu nagħmluha.
Kif tistgħu tifhmu, din titlob spejjeż u xogħol li l-iskola weħidha ma tistax tagħmilhom. Għalhekk nistedinkom biex min jixtieq li wliedu jingħataw il-borża, hu ġentilment mitlub iħallas €4 sal-Erbgħa 31 ta’ Ottubru. Ma jiġux aċċettati ordinjiet wara din id-data.
Jekk jogħġobkom erġgħu rritornaw il-borża lura wara li tkunu lesti minnha. Din terġa’ tintuża għas-sena ta’ wara.
Ġenituri Kunsill Skolastiku