Cirkulari tas-sajf għall-ġenituri tal-Yr 1

Għeżież Ġenituri

Uliedkom ser iħallu l-Kindergarten u jibdew is-sitt snin ta’ skola formali fil-Primarja tas-Siġġiewi.

Laqgħa ta’ informazzjoni.   Ser issir laqgħa ta’ informazzjoni nhar l-Erbgħa 12 ta’ Settembru 2012, fis-6.30pm.  Dakinhar nagħtukom aktar dettalji dwar l-iskola u x’nippretendu minnkom. Narawkom.

L-uniformi.  L-uniformi tal-Kulleġġ San Injazju din is-sena wkoll ser tinbiegħ mingħand Pace’s.  Il-ħanut tiegħu jinsab fi Triq it-Teatru l-Antik, il-belt Valletta. Imma intom imħeġġa tixtru dak kollu li hemm bżonn nhar il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2012 bejn it-8.30 u nofsinhar mill-iskola stess.  Dħul mill-Foyer tas-Sala fi Triq l-Iskola. Fuq wara ssibu stampa tal-uniformi. Biex taraw kif inhi l-uniformi bil-kulur tistgħu tmorru fuq: siggiewiprimary.wordpress.com

Jekk tagħmlu subscription f’din il-websajt, tibdew tirċievu ċ-ċirkularijiet u l-avvizi bl-email.

Patrick Decelis

Kap tal-iskola

Lista u prezzijiet tal-Uniformi

Item

Deskrizzjoni

Prezz  €

1

Polo Shirt

9.00

2

Trousers

12.50

3

P.E. Shorts

5.95

4

P.E. T-Shirts

5.75

5

Cap

5.00

6

Shirt

10.25

7

Long Trousers

15.00

8

Skirt

13.75

9

Jersey

15.25

10

Tie

4.00

11

Cravat

6.00

12

Cross-tie

5.75

13

Anorak

22.85

14

Tracksuit

28.55

Dal-prezzijiet jinkludu l-Vat, etc u huma l-istess prezz għal kull qies tal-oġġett.

Il-qalziet (2) hu għas-sajf. Il-qalziet it-twil (7) huwa għax-xitwa.

Il-beritta (5) hija parti mill-uniformi!

_____________________________________________________________________

Kulleġġ San Injazju Primarja Siġġiewi Uniformi

Fis-sena skolastika 2012-2013, din l-uniformi hi obbligatorja għal Year 1 u Year 2.

Years 3 sa 6 għandhom ikomplu jużaw l-uniformi li għandhom.

F’ Settembru 2012 nibdew bl-uniformi tas-sajf.

Iridu jintlibsu kalzetti grizi (kulur il-qalziet), u żarbun iswed mal-uniformi.

Mal-P.E. kit jintlibsu kalzetti bojod u trainers (slipper) abjad.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *