Il-kreattività, l-inizjattiva u t-talenti jispikkaw fl-Open Day tal-Iskola Primarja fis-Siġġiewi….

Fl-Open Day fl-iskola tas-Siġġiewi din l-iskola kienet imballata bit-tfal, ġenituri u l-pubbliku inġenerali. Ħarġu fil-beraħ l-inizjattivi u l-kapaċitajiet tat-tfal f’oqsma diversi, l-aktar dawk fejn kien hemm attivitajiet li setgħu jipparteċipaw fihom it-tfal.  Ma setax jonqos għalhekk li l-klassi ddedikata għax-xogħol tat-tafal, tkun waħda li ġibdet lejha ħafna tfal.  Il-Banda San Nikola tal-lokal u Siġġiewi Scouts Group daru mal-kurituri tal-iskola u għamlu effett sabiħ u taw pjaċir lil dawk kollha preżenti.

Matul din il-ġurnata kien hemm spazju kbir iddedikat għas-snajja tradizzjonali.  F’diversi  kmamar oħra kien hemm persuni li jnaqqxu l-ġebel, jaħdmu l-injam, ikabbru n-naħal u oħrajn.  Ma naqasx xogħol sabiħ tal-ganutell u l-bizzilla, fidda fuq il-ħġieġ u xogħol fl-injam fuq it-torn.  Il-Mużew uniku tal-istorja tal-edukazzjoni kien miftuħ għal din l-okkażżjoni.  Fil-bieb jilqa’ l-pubbliku dieħel kien hemm mużiċist idoqq l-accordion flimkien ma’ żewġt itfal lebsin l-għonella li taw dehra ferm tradizzjonali Maltija.

Fi tmiem l-Open Day u t-Talent Show Talentagħna, is-Sur Patrick Decelis Aġent Kap tal-Iskola, qal li l-għanjiet kollha tal-okkażżjoni ntlaħqu. L-ewwel għan kien li l-iskola tiftaħ il-bibien għall-pubbliku biex jara x-xogħol li jsir ġewwa l-iskola; it-tieni għan kien li tingħata importanza lill-kultura Maltija permezz ta’ snajja Maltin u jinġabru flus għal akkwarju li tant jixtiequ t-tfal.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *