In-nofstanhari

Għeżież Ġenituri

Filwaqt li nirringrazzjakom tal-għajnuna u l-attendenza tagħkom għaż-żewġ OPEN DAYS li organizzajna, infakkarkom li minn nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju 2012 l-iskola tibda fit-8.15 u tispiċċa f’nofsinhar. Jekk jogħġobkom wasslu lit-tfal fit-8.10am ħdejn il-Foyer tas-sala fi Triq l-Iskola u mhux minn xi bieb ieħor. Tal-Kindergarten joħorġu kwarta qabel.

Dalwaqt nibgħatulkom dettalji dwar l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Nisperaw li kulħadd jagħmel l-aħħar sforz. Aktar tard din il-ġimgħa, fuq siggiewiprimary.wordpress.com jittella’ l-kalendarju ta’ Ġunju.

Nerġa’ nirringrazzjakom tal-koperazzjoni kontinwa u s-suġġerimenti tul is-sena skolastika li waslet biex tispiċċa. Fis-sajf inħeġġiġkom tkomplu tiċċekkjaw il-websajt tal-iskola għal xi avviżi li jista’ jkun hemm. Matul is-sajf għandu jiżdied il-qari. Min mhux membru fil-librerija pubblika għandu jmur jirreġistra.

P Decelis

Aġent Kap

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *