Il-festa ta’ San Nikola

Biex titfakkar il-festa ta’ San Nikola, nhar it-Tlieta 6 ta’ Diċembru, l-iskola Primarja tas-Siġġiewi  organizzat festa f’ġieh dan il-qaddis.  Mill-iskola ħarġet purċissjoni bl-abbatini, tfal iġorru statwa ta’ San Nikola u tifel liebes tal-qaddis patrun.  Membri tal-iScouts u l-banda San Nikola tas-Siġġiewi akkumpanjaw il-purċissjoni.  It-tfal kollha tal-iskola ħadu sehem f’din il-purċissjoni li bdiet mill-iskola u mxiet sal-pjazza tar-raħal.  Matulha spikka l-entużjażmu u ċ-ċapċip tas-Siġġiwin li bħas-soltu attendew bi ħġarhom. 

Minn fuq id-djar u l-każini tal-baned inxteħtu l-karti li komplew ħolqu atmosfera ta’ festa.  Il-purċissjoni daħlet fil-knisja fejn ġiet ikkonċelebrata quddiesa biex titfakkar il-275 sena mill-miġja tal-vara ta’ San Nikola fis-Siġġiewi.

This slideshow requires JavaScript.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *